Futbol Sport

Iċ-champions Bayern Munich jibdew b’rebħa

Iċ-champions Bayern Munich bdew jiddefendu t-titlu b’rebħa impressjonanti ta’ 5-0 f’darhom kontra Hamburg. Għal Bayern għamlu d-debutt tagħhom fil-Bunesliga l-akkwisti l-ġodda Vidal u Costa u dawn kellhom wirja ferm pożittiva mat-tim li qed jipprova jirbaħ il-kampjonat għar-raba’ darba konsekuttiva.

Bayern ftit kellhom jistennew biex fetħu l-iskor u kellu jkun id-difenusr eks-Roma BENATIA li fetaħ l-iskor fit-28 minuta. Costa rebaħ free kick li kien mogħti minn Xabi Alonso li sab lill-plejer Marokkin li b’daqqa ta’ ras ma żbaljax biex għamel l-iskor 1-0. Hkk kif bdiet it-tieni taqsima ma kien hemm l-ebda reazzjoni ta’ Hamburg, tim li staġun ilu salva postu fl-ogħla diviżjoni grazzi għall-play-offs.

Minflok, wasal gowl ieħor ta’ Bayern fejn għal darba oħra kien Alonso li din id-darba ipprovda ballun lill-attakkant LEWANDOWSKI li skurja b’xutt fil-baxx. Bayern ma waqfux u 20 minuta mit-tmiem għamlhuhom tlieta meta Costa ipprovda cross perfett lil MULLER li skurja b’daqqa ta’ ras. Tliet mintui wara l-attakkant Ġermaniż reġa’ skurjameta qabeż lill-gowlkiper u tefa’ f’xibka vojta. L-aħħar gowl kien skurjat minn Douglas COSTA tliet minuti minn tmiem il-pratita.