Il-Ġappun fakkar is-70 sena minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija meta l-Korea t’Isfel u ċ-Ċina qed jakkużawh b’li naqas milli jagħmel ir-riparazzjonijiet xierqa bi tpattija għall-aġir aggressiv tal-passat.
Intant, l-Imperatur Akihito tal-Ġappun għall-ewwel darba tenna ‘d-dispjaċir kbir tiegħu’ dwar ir-rwol ta’ pajjiżu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Akihito u l-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe illum attendew servizz ta’ tifkira solenni f’Tokjo fejn kienet osservata minuta silenzju b’rispett għall-vittmi tal-gwerra.
Madankollu, il-President tal-Korea t’Isfel, Park Geun-hye, li tkellmet waqt ċerimonja f’Seoul, insistiet biex Shinzo Abe jirrepeti u jenfasizza l-apoloġiji tal-Ġappun għall-abbużi tal-militar tiegħu waqt l-okkupazzjoni tal-pajjiżi ġirien fi żmien il-gwerra. Anki llum, dimostranti fil-Korea t’Isfel ħarqu u żebilħu ritratt tal-Prim Ministru Shinzo Abe barra l-ambaxxata Ġappuniża f’Seoul.
//= $special ?>