Lokali

Il-Knisja se tibqa’ tiddefendi r-reliġjon, anki jekk l-Istat mhux se jibqa’ jagħmel dan – l-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna

Il-Knisja lesta li tibqa’ tiddefendi r-reliġjon, anki jekk l-Istat mhux se jibqa’ jagħmel dan. Kliem l-Arcisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna waqt il-paniġierku tal-Quddiesa Pontifikali tal-Festa ta’ Santa Marija fil-Knisja tal-Mosta.

Hu kien qed jitkellem dwar il-proposta li tinbidel il-ligi biex it-tkasbir tar-reliġjon ma jibqax reat kriminali. “Li jkollna l-liberta’ tal-espressjoni ma jfissirx li nistgħu insikktu lil Kristu” tenna l-Arcisqof, “Jekk allura dan ifisser li nistgħu ninsulentaw lil min jemmen, dan se jfisser ukoll li nistgħu noffendu d-dinjita’ tan-nies”

L-Arcisqof għamel appell lil dawk kollha li lesti jiddefendi l-istatwi biex ikunu lesti li jiddefendu l-umanita tal-bniedem. “Hu tajjeb li kulħadd jista’ jitkellem u napprezzaw l-opinjonijiet ta’ xulxin, iżda dan ma jfissirx liberta’ biex ninsulentaw lil xulxin”

Hu qal li jekk il-Madonna mhux se tkun protetta bil-ligi, se nipproteġuha aħna.

Intant, waqt l-istess pontifikal, sar magħruf li l-Arċisqof ta l-permess lill-parroċċa tal-Mosta biex tibda l-proċess sabiex tingħata l-istatus ta’ Basilica.

Din l-aħbar intlaqgħet b’ċapċip mill-folla preżenti għall-quddiesa pontifikali.