Lokali

Illum iċċelebrata il-festa ta’ Santa Marija

Illum tmien paroċċi madwar Malta u Għawdex li huma ddedikati lil Santa Marija qed jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija. Sebgħa paroċċi f’Malta u oħra f’Għawdex.

Il-Festa ta’ Santa Marija f’Malta tiġi ċċelebrata, fl-Imqabba, fil-Mosta, f’Ħal Għaxaq, fil-Qrendi, f’Ħ’Attard, fil-Gudja u f’Birkirkara filwaqt li f’Għawdex tiġi ċċelebrata fir-Rabat.

Din is-sena għall-ewwel darba se terġa tibda tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija f’Kemmuna, propju nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu wara nuqqas ta’ 40 sena.

Il-festa ta’ Santa Marija tiġi ċċelebrata wkoll fi tliet paroċċi oħra, f’Malta; f’Ħad-Dingli u fl-Imġarr filwaqt li f’ Għadwex tiġi ċċelebrata fiż-Żebbuġ.

Lura fis-sena 1942, 73 sena ilu, propju f’jum il-festa ta’ Santa Marija, fil-Port il-Kbir kien daħal dak li baqa msemmi bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija, Konvoj li bih Malta setgħet tibqa’ tikkumbatti fl-agħar tat-Tieni Gwerra Dinija.