SERBJA……………….27
MALTA………………..4
(7-2), (7-1), (6-0), (7-1)
It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt l-20 sena sofra t-tieni telfa fil-COMEN Cup b’telfa kbira ta’ 27-4. Bħal partita tal-bieraħ, it-tim Malti affronta nazzjon ferm kwotat iżda kuntrarju għall-ewwel partita, it-tim Malti ma daħalx fil-partita mill-bidu bis-Serbja jaħarbu bil-logħba mill-ewwel.
Il-kowċ Nazzjonali Karl Izzo wettaq tliet bidliet mil-logħba tal-bieraħ b’John Napier jieħu post Nicholas Bugelli, Miguel Zammit lagħab flok Benji Lanzon filwaqt li Matteo Cacici ħa post Sean Xerri de Caro. Minn naħa l-oħra, il-kowċ tas-Serbja Vujasinovic għamel xejn anqas minn ħames bidliet.
Is-Serbja riedu jpattu għat-telfa li ġarrbu l-bieraħ kontra l-Greċja u niżlu b’għan wieħed li jiskorjaw kemm jistgħu u irnexxilhom. Huma rebħu l-ewwel sessjoni 7-2 b’Ben Plumpton u Mateo Cacici jiskorjaw il-gowls tal-Maltin. Is-Serbi komplew bl-istess ritmu u skorjaw seba’ gowls oħra fit-tieni sessjoni biex daħlu jistireħu 14-3 u għamlu ċert mill-punti.
Is-sessjonijiet sussegwenti raw lis-Serbja jkomplu jiskorjaw bit-tim Malti li deher demoralizzat u kompla jsibha diffiċli bis-Serbja jiskorjaw sitt gowls fit-tielet sessjoni u sebgħa oħra fl-aħħar sessjoni bil-Maltin jiskorjaw l-aħħar gowl tal-logħba bi ġmiel ta’ gowl ta’ Ben Plumpton.
Serbja: R. Filipovic, M. Asanovic (1), F. Jankovic (2), M. Repanovic (2), D. Lazic (5), D. Vucinic (1), D. Gogov (3), F. Radojevic (4), M. Manojlovic (4), R. Joksimovic (5), M. Vitorovic
Malta: N. Grixti, J. Napier, A. Galea, M. Grech, K. Dowling, B. Plumpton (2), K. Galea, M. Zammit, M. Fenech, Z. Sciberras, M. Cacici (2)
Referees: Emmanouil Pairaktaridis (GRE), Matan Schwarz (IŻR)
//= $special ?>

