Kelliema għall-qawwiet tal-baħar Taljani qalu li ‘l fuq minn 40 immigrant ‘mietu fgati’ ġo dgħajsa ffullata bin-nies li kienet interċettata fil-Mediterran, ‘il hinn mil-Libja.
Ir-rapporti qalu li l-ħidma tas-salvataġġ kienet qed tkompli fiz-zona tal-emerġenza u li kienu salvati numru sostanzjali ta’ immigranti minn dik id-dgħajsa.
Mifhum li l-vittmi tgħaffġu u fgaw waqt li kienu ffullati fuq xulxin ġo stiva magħluqa fil-parti t’isfel tad-dgħajsa.
Sadanittant, il-vapur Taljan ‘Cigala Fulgosi’ kien strumentali fil-missjoni tas-salvataġġ fiz-zona. Dan wara li d-dgħajsa li kienet mgħobbija b’madwar 400 immigrant spiċċat f’diffikultà meta kienet xi 39 kilometru ‘l barra mill-kosta tal-Libja.
Il-Ministru Taljan għall-Intern, Angelino Alfano, qal, sadanittant, li salvaw mat-320 immigrant miz-zona tal-emerġenza, iżda skont hu, l-awtoritajiet ‘kienu għadhom qed jgħoddu l-vittmi tal-inċident’.
//= $special ?>