Internazzjonali

Ministri mħeġġa biex jimpenjaw ruħhom għar-reorganizzazzjoni tad-djun tal-Greċja

Il-Fond Monetarju Internazzjonali ħeġġeġ biex il-Ministri tal-Finanzi taż-żona ewro jimpenjaw ruħhom għar-reorganizzazzjoni tad-djun tal-Greċja biex dan il-pajjiż ma jkomplix ibati daqshekk taħt il-piż.

Is-sejħa ħarġet wara l-approvazzjoni tal-ftehim ġdid għall-bailout tal-Greċja li fit-tlett snin li jmiss se tirċievi self ekwivalenti għal 86 biljun ewro. Min-naħa tagħha l-Greċja għandha tnaqqas mill-infiq waqt li timplimenta ż-żidiet fit-taxxa.

Il-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Christine Lagarde, laqgħat b’sodisfazzjon il-ftehim iżda wissiet li d-dejn tal-Greċja sar insostenibbli u li l-pajjiż jeħtieġ l-għajnuna sinifikanti li tmur ħafna ‘l hinn minn dak li ġie kkunsidrat s’issa.