Sport

Murray jibda kontra Kukushkin

Il-Britanniku Andy Murray se jibda l-isfida tiegħu f’Wimbledon kontra n-numru 58 fid-dinja Mikhail Kukushkin tal-Kazakstan.

Iċ-Champion tal-2013 jinsab fil-parti l-oħra tat-tabella tas-seed nru 1 Novak Djokovic li se jkun qed jiddefendi t-titlu kontra l-Ġermaniż Philipp Kohlschreiber li hu rrankjat fit-33 post fid-dinja.

Is-Serb li ma lagħabx logħob kompetittiv fuq il-ħaxix qabel it-turnament, jinsbab fl-istess parti tat-tabella tas-seed nru 4 Stan Wawrinka li rebaħlu fil-final tal-Open ta’ Franza aktar kmieni dan ix-xahar u jiftaħ l-impenji tiegħu nhar it-Tnejn.

Murray, seed nru 3 jista’ jilgħab kontra Rafael Nadal li hu seed nru 10, fil-kwarti tal-finali u mbagħad kontra Roger Federer jekk jasal sas-semifinali.

Fost in-nisa s-seed nru 1 Serena Williams se tibda kontra r-Russa Margarita Gasparyan waqt li ċ-Champion tal-2004 ir-Russa Maria Sharapova tibda kontra n-numru 2 fir-Renju Unit Johanna kontra.

Iċ-Champion renjanti Petra Kvitova tibda tiddefenti t-titlu kontra l-Olandiża Kiki Bertens u tista tiltaqa’ kontra Simona Halep fis-semifinali.

Fil-parti l-oħra tat-tabella, il-ħames darbiet champion Serena Williams tista’ tiltaqa’ kontra Ana Ivanovic, seed nru 7 mal-aħħar tmienja u kontra Sharapova jew is-seed nru 6 Lucie Safarova fis-semifinali.