Christian Xuereb ta’ 27 minn Ħal Qormi tressaq il-qorti b’arrest illum mixli li b’għemil żieni ikkorompa żewġ tfajliet minuri, waħda ta’ 17 u l-oħra ta’ 14-il sena u li ipparteċipa f’attivitajiet sesswali maż-żewġ tfajliet.
Xuereb wieġeb mhux ħati iżda l-Qorti ċaħdet it-talba tiegħu għal ħelsien mill-arrest hekk kif Xuereb u t-tfajliet jiffrekwentaw l-istess postijiet. Il-Qorti spjegat ukoll li l-każ hu ibbażat fuq ix-xhieda taż-żewġ tfajliet. Għaldaqstant hu nżamm taħt arrest.
Isem it-tfajliet mhux jixxandar hekk kif huma t-tnejn minuri.
Minn naħa tagħha fil-qorti l-Ispettur Sylvana Briffa qalet li kollox beda meta Xuereb kien jitkellem mat-tfajliet fuq Facebook, ġara iżda li fl-aħħar hu kellu x’jaqsam b’mod sesswali maż-żewġ tfajliet minuri.
//= $special ?>
