Dun Joseph Mizzi li għandu 45 sena u li għal dawn l-aħħar snin kien id-Direttur tal-Moviment ta’ Kana, inħatar mill-Arċisqof Charles Scicluna bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-parroċċa ta’ San Lawrenz, il-Birgu.
Huwa ġie ordnat saċerdot fl-Imnarja tal-1997 u beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala assistent direttur tal-Moviment ta’ Kana sakemm kompla jistudja t-Teoloġija taż-Żwieġ u l-Familja. Huwa nħatar direttur ta’ Kana fl-2006 u serva wkoll fil-parroċċi tal-Imqabba u ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Dun Joseph Mizzi beda l-istudju tiegħu fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ u kompla fil-Liċeo M.A Vassalli tal-Ħandaq u fil-kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara sakemm daħal għall-kors tal-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
//= $special ?>