Lokali Parlament Saħħa

Godfrey Farrugia jiżvela li għandu kanċer tal-prostota

godfrey farrugia comment

“Ħbieb, m’għandix kliem biżżejed sabiex ngħid grazzi għax-xewqat sbieħ tagħkom u għas-sapport li qegħdin toffru”. Hekk stqarr l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Godfrey Farrugia fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook wara li lejliet Santa Marija kienet ħarġet l-aħbar li huwa kien idaħħal l-isptar.

Farrugia fil-kitba tiegħu żvela li wara xi testijiet mediċi li sarulu fosthom testijiet tad-demm u MRI kien irriżulta li kellu kanċer tal-prostota. Kanċer li Farrugia ddeskriva bħala wieħed aggressiv u li jeħtieġ b’mod immedjat attenzjoni medika.

Fil-fatt huwa ħabbar li l-kura għal dan it-tip ta’ kanċer normalment tingħata fi sptar f’Londra. B’hekk huwa qal li malli jsiru l-arranġamenti meħtieġa huwa kien ser imur sabiex jiġi operat sabiex jiġi meqrud it-tumur.

Godfrey Farrugia qal li huwa kien fiduċjuż li sa ħmistax wara l-operazzjonijiet huwa jkun jista’ jerġa jibda bil-ħidma parlamentari tiegħu. Fil-kitba tiegħu Farrugia radd ħajr lil konsulent Stephen Mattocks u lit-team mediku kollu li pprovdewlu kura mill-aqwa.

Din l-aħbar wasslet għal numru kbir ta’ awguri għal fejqan ta’ malajr minn nies min kull qasam tas-soċjeta u ta’ kull fehma politika.