Ikomplu l-atti ta’ orrur tal-ġellieda ta’ l-ISIS fil-Libja. Dan hekk kif ġellieda tal-grupp militanti Iżlamiku qatgħu ras tnax il-persuna. L-istess tnax il-persuna ġew ukoll msallba mill-ġellieda tal-ISIS b’dawn it-tnax il-persuna jkunu ġellieda li qegħdin jissieltu sabiex iwaqqfu l-avvanz ta’ l-ISIS fil-belt ta’ Sirte; propju fejn seħħ dan l-aħħar massakru.
Intant il-Prim Ministru Libjan tal-gvern ta’ Tobruk Abdullah Al-Thinni akkuża lil kommunita’ internazzjonali bi tradiment tal-Libja. Huwa qal li l-kommunita’ internazzjonali kienet qegħda tinjora l-vjolenza li kienu qegħdin iwettqu l-ġellieda tal-ISIS. Huwa appella sabiex il-kommunita’ internazzjonali tiġġieled bis-serjeta’ lill-ISIS filwaqt li mill-ġdid kkritika d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti li tipprojbixxi d-dħul ta’ l-armi fil-Libja.
//= $special ?>