IL-GAZZETTI LLUM IL-ĦADD 16 T’AWWISSU 2015
IL-MUMENT illum titkellem dwar dak li qalulha sorsi qrib is-settur finanzjarju fejn dawn qegħdin jisħqu li l-gvern falla fil-miri tal-pjan tal-enerġija. IL-MUMENT fi storja oħra titkellem dwar is-sitwazzjoni fl-isptar Mater Dei li tiġi deskritta bħala waħda allarmanti. Titkellem mal-President tal-MUMN Maria Cutajar fejn din tiddikjara li s-swali l-ġodda li qed jibni l-gvern mhumiex is-soluzzjoni.
THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata tgħid li l-każ ta l-eks Kandidat u eks uffiċjal Laburista Joe Sammut mistenni jiftaħ triq mimlija inċertezzi għal Partit Laburista u għal Bank of Valletta tant li din il-gazzetta tuża l-frażi ‘can of worms’.
Il-gazzetta tal-Partit Laburista KULLĦADD minn naħa tagħha toħroġ tiftaħar li l-istennija għall-anzjani sabiex jidħlu f’dar residenzjali issa saret aktar qasira.
MALTATODAY titkellem dwar studju li juri kif numru ta’ tobba f’Malta rċivew talba għal ewtanażja. L-istess studju juri wkoll li maġġoranza assoluta tat-tobba f’Malta huma kontra l-ewtanażja.
ILLUM fil-faċċata tikkwota kummenti tal-President tal-Union tal-Cabin Crew fi ħdan l-Air Malta Noel Mercieca li saħaq li mill-informazzjoni li għandu m’hemm ebda sieħeb strateġiku interessat fl-Air Malta. Kumment li l-istess gazzetta tgħid jaqbel mal-kumment ta’ Dominic Azzopardi li huwa l-President tal-Assoċazzjoni tal-Bdoti tal-Air Malta li minn naħa tiegħu saħaq ukoll li l-assoċazzjoni mhijiex qegħda tiġi infurmata.
Il-gazzetta tal-General Workers Union IT-TORĊA minn naħa tagħha tkompli bl-attakk tagħha kontra l-Partit Nazzjonalista u fid-difiża tal-gvern Laburista fil-konfront tal-każ Gaffarena. It-Torċa din id-darba tallega rabtiet bejn Gaffarena u x-shadow minister Jason Azzopardi.
THE SUNDAY TIMES OF MALTA fil-faċċata tgħid li f’Malta fl-aħħar xhur kien hawn żieda qawwija u sostanzjali fil-każi ta’ serq magħruf bħala pickpocketing.
//= $special ?>
