Fi stqarrija l-pulizija ħabbret li kienet bdiet l-investigazzjonijiet tagħha sabiex jiġi stabbilit x’wassal għal mewt ta’ raġel ta’ 58 sena residenti San Ġiljan.
L-ewwel investigazzjonijiet jindikaw li r-raġel kien qiegħed ifittex parkeġġ għal vettura Mercedes Benz li kien qiegħed isuq fi Triq il-Fraxxnu f’San Ġiljan fejn jidher li r-raġel laqgħat vettura oħra.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal kura iżda sfortunatament wara xi ħin huwa ġie ċertifikat mejjet.
Il-pulizija kienu nfurmati bil-każ għal ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ wara nofs in-nhar.
Il-Maġistrat tal-għassa appuntu numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>

