It-tip ta’ ikel li jitqassam fuq it-titjiriet ta’ l-Air Malta spiss ikun is-suġġett ta’ kummenti u dibattitu minn dawk li jkunu għamlu użu mis-servizz tal-linja nazzjonali ta’ l-ajru. Mingħajr dubju ta’ xejn kullħadd jiftakar id-dibattitu dwar il-bezzun u l-flixkun ta’ l-ilma meta l-Air Malta kienet ħabbret li dan kellu jkun l-ikel li tqassam fuq it-titjiriet tagħha.
Iżda numru passiġieri li għamlu kuntatt ma’ MaltaRightNow.com spjegaw li waqt it-titjira KM7451 tal-Ħadd filgħodu mill-belt ta’ Dubrovnik lejn Malta meta kien qiegħed jitqassam l-ikel dan spiċċa meta ma’ kienx għadu ngħata bezzun kullħadd. Il-persuni li għamlu kuntatt ma’ dan il-portal spjegaw li b’hekk filwaqt li numru ta’ passiġieri ngħataw l-snack skond kif jiġri normalment oħrajn baqaw b’xejn għajr għall-ilma u kafe’ jew te li ngħata bħala kumpens. B’kollox jidher li kienu madwar għoxrin il-passiġieri li baqgħu bla bezzun.
L-istess passiġieri spjegaw li dan wassal sabiex kien hemm ilmenti sarkastiċi li għalihom l-anqas il-bezzun ma’ kien hemm!
//= $special ?>

