Lokali

Russu f’diffikulta` waqt l-għawm

Raġel ta’ nazzjonalita Russa jinsab f’qagħda kritika wara li sab diffikulta waqt li kien qed jgħum f’Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema ġew infurmati bil-każ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar. Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li r-raġel ġie imtella’ fuq x-xatt minn tliet persuni li kienu fil-viċinanzi.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.