Lokali

Russu f’qagħda kritika wara li jsib ruħu f’diffikulta’ waqt li kien qed jgħum

F’inċident li seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema, Russu sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum.

Investigazzjonijiet prelimenari tal-Pulizija juru li r-raġel irnexxielu jitla’ lura x-xatt bl-għajnuna ta’ tliet persuni li kienu fil-viċinanzi.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal iktar kura fejn ġie ċertifikat li kien jinsab f’qagħda kritika.