Mhux magħruf x’wassal biex żewġ vetturi ħadu n-nar matul il-lejl li għadda fi Triq il-Bajjada l-Marsa. Żewġ karozzi, waħda tat-tip Peugeot 407 u oħra tat-tip Seat Ibiza, inqerdu kawża tan-nirien.
In-nirien kien rappurtati għall-ħabta tas-1 ta’ filgħodu u fuq il-post marru minnufih uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Pulizija mid-Distrett tal-Marsa.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-anqas m’hu rappurtat li l-bini tal-inħawi ġarrab ħsarat minħabba n-nirien. Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>

