Intant fi tweġiba li ntbgħatet ftit tal-ħin ilu l-pulizija spjegat li dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra il-Pulizija inkarigat li jagħmel ir-ronda ġewwa l-kumpless tal-Parlament, niżel fis-sular -2 sabiex jagħmel ir-ronda tas-soltu, fejn meta fetaħ bieb li jagħti għall-parti ta’ wara tal-Parlament, eżattament il-mina ta’ mal-bridge li ma tintużax iżda li hija restritta għall-pubbliku, sab tnejn min-nies, ta’ nazzjonalita Maltija u li huma magħrufa mal-Pulizija, li kienu aċċedew għal dan il-post.
Fi tweġiba il-puliżija spjegaw li dawn ġew arrestati fejn ġew mgħoddijja lill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt għall-aktar investigazzjonijiet.
Il-Pulizija fit-tweġiba saħqu li fl-ebda ħin dawn il-persuni ma’ eċċedew ġewwa l-bini propju tal-Parlament.
Aktar kmieni…
L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anglu Farrugia fi stqarrija rringrazzja lill-pulizija għas-servizz tagħhom.
Huwa għamel dan wara li Kmieni dalgħodu żewġ persuni daħlu jistaħbew fil-binja tal-Parlament. Jidher li l-persuni daħlu u staħbew fil-Parlament bejn id-9:30 u l-10:30 ta’ dalgħodu.
Kienu l-pulizija li kienu għassa mal-binja li ndunaw biż-żewġ persuni.
MaltaRightNow.com bgħat xi mistoqsijiet lil pulizija sabiex jikseb aktar dettalji dwar dan il-każ. Iżda dan il-portal ġie informat li sal-lejla l-Korp tal-Pulizija jaf ma’ jkunx f’posizzjoni li joħroġ aktar dettalji.
//= $special ?>

