Internazzjonali

AĠĠORNAT: Jinqatlu 19-il persuna fi splużjoni f’Bangkok

epa04887355 A member of the bomb squad in protective suit talks to a colleague as the body of a victim is seen on the background after an explosion near Erawan Shrine, central Bangkok, Thailand, 17 August 2015. An explosion in a busy commercial district in the Thai capital killed a yet unconfirmed number of people. Witnesses said the explosion happened around 7:15 pm (1215 GMT) at the Rajprasong Intersection, a business area famous among tourists and locals for a revered Hindu shrine. EPA/RUNGROJ YONGRIT

Tal-anqas 19-il persuna nqatlu u ħafna oħra ndarbu fi splużjoni qawwija fil-kapitali tat-Tajlandja Bangkok.
L-isplużjoni seħħet qrib is-santwarju ta’ Erawan li hu popolari anki mat-turisti li jżuru l-pajjiż. Is-suspetti ewlenin huma li l-bomba kienet moħbija f’mutur li tħalla maġenb is-santwarju.
Ftit wara l-isplużjoni, il-Pulizija sabu bomba oħra moħbija fis-santwarju u kien hemm rapporti oħra li kien hemm it-tielet bomba, din id-darba moħbija f’ferrovija.
Mhux magħruf min kien wara dan l-attentat iżda l-Gvern Tajlandiż sostna li kienu t-turisti barranin fil-mira ta’ dan l-attakk. Mhux qed ikun eskluż li fost il-vittmi jista’ jkun hemm turisti barranin.
Is-santwarju jinsab fiz-zona ta’ Chidlom qrib kumpless kummerċjali popolari kif ukoll lukanda lussuża. Is-santwarju, minkejja li hu wieħed Hindu, hu popolari anki mal-Buddisti.
Splużjonijiet bil-bombi huma rari ħafna f’Bangkok.
Bħalissa hemm ġlieda armata minn militanti Iżlamiċi imma l-ġlied hu lokalizzat fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Barra minn hekk, tul dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna vjolenza politika bejn movimenti politiċi avversarji lokalizzati f’Bangkok.
F’Mejju tas-sena li għaddiet, il-militar neħħa mill-poter il-Gvern elett biex ħa t-tmexxija f’idejh.