Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta, fl-inħawi ta’ Kennedy Grove. Żewġ persuni jinsabu rikoverati l-Isptar Mater Dei wara li indarbu f’dan l-inċident ikrah.
Fil-ħabta head-on kienu nvoluti vann u karozza ta’ lewn abjad.
Kawża ta’ dan l-inċident, inħoloq ammont kbir ta’ traffiku fiz-zona.
Il-Pulizija jinsabu fil-post.




