Lokali

AĠĠORNATA: jiddaħħlu Malta l-blokki tal-konkos għall-power station tal-gass

Dalgħodu iddaħħal Malta il-konkos li se jintuża għat-terminal tal-gass f’Dellimara. Dawn il-blokki tal-konkos iddaħħlu fuq il-bastiment Ocean Fortune.

Ritratti esklussivi li kiseb dan is-sit juru t-trasferiment tal-blokki tal-konkos fil-port ta’ Marsaxlokk għall-ħabta tal-10am.

Dawn il-blokki tal-konkos se jiġu pożizzjonati fil-post indikat fir-ritratt t’hawn taħt.

power station

dellimara

Dan ir-ritratt juri l-bastiment marbut qrib l-impjant f’Dellimara fejn se jkomplu x-xogħlijiet.