F’Katanja it-Tnejn twasslu l-katavri ta’ 49 immigrant li mietu fgati waqt vjaġġ mil-Libja.
B’turija ta’ rispett għall-mejta, il-kunsill lokali ta’ Katanja ħabbar li kien se jħassar il-logħob tan-nar għall-festa tal-belt, dik ta’ Sant’Agatha. Festa li tkun ċelebrata fis-17 ta’ Awwissu.
Kelliema għall-qawwiet tal-baħar Taljani qalu li l-immigrant ‘mietu fgati’ ġo dgħajsa ffullata bin-nies li kienet interċettata fil-Mediterran, ‘il hinn mil-Libja.Hu mifhum li l-vittmi tgħaffġu u fgaw waqt li kienu ffullati fuq xulxin ġo stiva magħluqa fil-parti t’isfel tad-dgħajsa ħdejn il-makni
//= $special ?>