Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm fil-Bajja tax-Xlendi. Il-post fejn ma jistax isir għawm f’din il-bajja huwa fil-ponta ta’ barra tal-moll fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja u ż-żona quddiem iċ-Churchill Bar.
Dan minħabba possibbiltà li ilma kkontaminat li ħareġ minn xi rziezet seta’ sab triqtu fil-baħar. Tabelli li jindikaw dan l-għeluq twaħħlu fil-lokalitajiet indikati.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7.00 ta’ filgħodu sat-03.00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.


