Lokali

Filmat: Evitat inċident: Vann jaqsam il-bypass mingħajr sinjal

Filmat ippubblikat mill-paġna ‘Maltese Road Traffic Updates’ juri l-mument meta kien evitat inċident fil-bypass ta’ Birkirkara.

Fil-filmat jidher vann żgħir abjad joħroġ minn triq tal-ġenb għal fuq il-bypass ta’ Birkirkara, meta jkompli jaqsam minn karreġjata għall-oħra mingħajr l-ebda indikazzjoni jew sinjal.

Dan wassal biex vettura li kienet fuq il-karreġġjata ta’ barra għal ftit ma kienx se jkollha impatt mal-vann li qasam bl-addoċċ.