Lokali

Il-Karnival tas-sajf f’Buġibba

Għal sena oħra, f’San Pawl il-Baħar għaddejjin fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Karnival tas-Sajf, li din is-sena se jsir bejn it-22 u t-23 t’Awissu.

F’Konferenza tal-Aħbarijiet fil-pjazza ta’ Bugibba, ingħataw dettalji dwar il-Karnival tas-Sajf ta’ din is-sena, li se jkun fih 13-il bicca tal-Karnival fosthom numru rekord ta’ karrijiet minjaturi.

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar hu l-organizzatur ta’ din l-attivita’, li issa saret parti mill-kalendarju kulturali Malti.

L-isfilata għall-ewwel darba se tgħaddi mill-parti l-kbira tat-toroq ta’ Buġibba u l-programm se jkun jinkludi wkoll il-logħba tradizzjonali Maltija tal-ġostra.