Kien kliem sabiħ, kliem eċitanti, b’saħħtu u kliem ta motivazzjoni qawwija. Lil dak li kien qata’ qalbu qawwijielu, lil dak li ma kienx baqa’ jemmen taħ tama ġdida u lil dak li kien kemxejn dubjuż x’għandu jagħmel ikkonvinċiħ. Fis-snin ta qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 l-kap tal-oppożizzjoni ta dak iż-żmien Joseph Muscat irnexxielu jiffiltra fil-livelli kollha tas-soċjeta. Għamilha b’mod intelliġenti, b’mod sistematiku u b’mod li ssarraflu suċċess ċert.
Tant kellu suċċess li Joseph Muscat kellu l-opportunita li jilbes maskra ta immortalita, maskra ta superjorita liema bħala. Bis-suċċess li kiseb, Joseph Muscat sar Imperatur. Li ma żammx quddiem għajnejh Joseph Muscat kien li kif il-poplu mar warajħ fi żmien ftit snin għaliex wegħdu l-ilma jiżfen, l-istess poplu jista’ jerġa jtiħ l-ġenb meta jinduna min vera kien qiegħed jgħid l-verità.
L-kliem sabiħ jaf jwasslek sat-tragward tiegħek, però hija biss l-verità u l-ħidma onesta li tħallik tokkupa l-istess siġġu li uħud biegħu ruħhom għalih. Jiena għandi fiduċja għamja fil-poplu Malti. Fiduċja li dan l-poplu li tant għadda min affarijiet, min mexxeja differenti, min ħakmiet diversi tul l-istorja tiegħu, dan il-poplu mhux ser jbaxxi rasu biex jiġi maħkum min gvern li hu moralment korrott. Kliem tqil u iebes, però fl-istess ħin ġust.
Meta inti għandek Prim Ministru li iktar moħħu biex jiddefendi lil Ministri milli biex jikxef il-verità, allura l-pajjiż ikun wasal fi stadju fejn l-moralita, fejn l-iktar prinċipju bażiku ta x’hinu tajjeb u x’hinu ħażin ikun intilef.
Ma jistax ikun li pajjiżna jkun maħkum min żviluppaturi li għandhom fil-but tagħhom lil Ministri tagħna. Min ħabba dan hemm ħafna affarijiet li huma taħt theddida. L-ewwel u qabel kollox għandek il-vera sens ta libertà. Libertà mhedda fejn illum ma tafx jekk intix ser tkun meqjus l-istess daqs il ġar tiegħek, allura awtomatikament inti hemmhekk għandek il-libertà tiegħek mhedda. Għandna ukoll l-ambjent tagħna mhedded.
Meta l-iżviluppaturi jkunu jistgħu jagħmlu dak li jridu allura żgur li l-ambjent mhux ser ikun fl-epiċentru tal-ħsieb tagħhom. Min ħabba dan in-nuqqas l-ambjent tagħna ser ibati, ser ibati a skapitu tal-ftit. Minħabba l-moralita korrotta ta ċerti Ministri ser jkun qiegħed igawdu nies bħal-Gaffarena u jħallas għalih l-ambjent tagħna. Dan kollu għax għandna gvern midjun. Gvern midjun bil-pjaċiri illeċiti, pjaċiri li huwa obbligat iħallashom.
Fl-istess ħin waqt li gvern Laburista tilef ruħu u l-integrita morali tiegħu, fl-istess ħin fejn Joseph Muscat spiċċa ostaġġ ta Gaffarena bdiet tixgħel il-bozza tat-tama għal-pajjiżna. Dr. Simon Busuttil, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, iktar kmieni din is-sena għamilha ċara li hu jemmen u jħaddan għal-qalbu l-Onesta.
Dr. Busuttil jrid li Malta jkollha gvern ġust, gvern onest, gvern li miegħu tihu dak li ħaqqek. Id-differenza bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil hija waħda sempliċi. Joseph Muscat wiegħed l-ilma jiżfen biex jirbaħ l-voti u jirbaħ l-elezzjoni filwaqt li Simon Busuttil ta kuljum jgħix it-twemmin tiegħu ta Politika Onesta.
L-Onesta hija l-arma li biha l-Partit Nazzjonalista qiegħed jiġġieled l-qerq ta Joseph Muscat. L-Onesta hija l-aqwa għodda li għandu l-Partit Nazzjonalista biex min hawn u sentejn oħra jkollu l-opportunita biex jerġa jiġi d-dar naturali tal-Poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>