Lokali

Marlene Farrugia titkellem dwar dak li għadda minnu Godfrey Farrugia fl-aħħar jiem

“Is-sitwazzjoni kienet aktar serja minn dak li ħsibna”. Hekk tirrakkonta d-deputat Marlene Farrugia meta illum f’The Malta Independent tikteb dwar l-esperjenza li għadda minnha fl-aħħar jiem is-sieħeb tagħha Godfrey Farrugia.

Marlene Farrugia tispjega kif il-ġimgħa l-oħra Godfrey Farrugia, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, ma setax jissaporti bl-uġiegħ kbir li kellu. “Ippakjajna basket, u morna bil-kwiet l-Isptar. Dan kien mument diffiċli. Iżda Godfrey mal-ewwel irrisponda għat-trattament”.

Marlene Farrugia tkompli tikteb. “L-għada, Mr. Mattocks tana l-aħbar bl-aktar mod ġentili u professjonali”.

Hawnhekk, Marlene Farrugia tgħid kif hi baqgħat qrib Godfrey Farrugia matul il-lejl, u bdiet taqralu ktieb ta’ Pierre Mejlak li permezz tiegħu daħku flimkien…u bkew flimkien.

“Wara li Godfrey raqad bqajt naħseb fuq dak li l-lejl ma jħallikx tgħid”, ittemm tikteb Marlene Farrugia.