Lokali

“Mhux talli toħdilna parkeġġ… talli tkun mgħobbija b’4 ċilindri tal-gass!”

Rota li ilha żmien twil tokkuppa spazju ta’ parkeġġ ta’ karozza qed twassal għal ilmenti minn numru ta’ residenti fi Triq San Albert fil-limiti tal-Gżira u Tas-Sliema.

Persuni li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com ilmentaw li r-rota m’għandiex liċenzja bħall-karozzi jew muturi, iżda madanakollu qed tokkuppa spazju ta’ parkeġġ.

Ir-residenti spjegaw li mhux talli r-rota qed tokkuppa parkeġġ, iżda talli tkun mgħobbija b’4 ċilindri tal-gass f’kaxxa tal-injam imwaħħla mal-istess rota, b’periklu għar-residenti.

Ir-residenti fissru li kemm-il darba saru rapporti għand il-Pulizija, li min-naħa tagħhom jgħidulhom li ma jafux min hu sidha, u għaldaqstant ma jistgħu jagħmlu xejn.

rota 2