Lokali

Mixlija li daħlu l-Parlament biex jisirqu iżda saħqu li daħlu jistkennu

Iż-żewġ persuni li nstabu moħbija fil-binja tal-Parlament, illum tresqu l-qorti mixlija li llbieraħ daħlu fil-bini tal-Parlament biex jisirqu għadd ta’ materjal mill-bini.

Eman Zammit ta’ 26 sena u Clayton Fava ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar wieġbu mhux ħatja li daħlu fil-bini tal-Parlament u bil-ħsieb li jisirqu għadd ta’ oġġetti mill-bini.

L-avukat Joe Ellis saħaq li dan il-każ tkabbar ħafna mill-media. Filfatt l-avukat Ellis saħaq li l-imputati daħlu fil-bini tal-Parlament minħabba li nqabdu fix-xita, u għalhekk daħlu jistkennu.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli ċaħdet it-talba għal-ħelsien mill-arrest.