Tħabbret ir-riżenja tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Propjetajiet tal-Gvern. B’hekk din il-pożizzjoni issa reġgħet ġiet vakanti.
Ray Camilleri (ritratt) rriżenja mill-kariga tiegħu llum, bir-raġuni mogħtija kienet attribwita għal raġunijiet personali.
Camilleri kien appuntat minn dan il-Gvern wara r-riżenja ta’ Joe Bugeja. Dan tal-aħħar kien semma’ l-iskandlu tal-Cafe’ Premier bħala waħda mir-raġunijiet għaliex warrab mill-kariga ta’ Direttur tad-Dipartiment.
Min-naħa tiegħu, Camilleri qed jirriżenja fl-istess waqt li għaddejja investigazzjoni dwar skandlu ieħor – dak ta’ Strada Zekka.
Stqarrija mill-Partit Nazzjonalista:
Il-problema hu Joseph Muscat
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sostna li l-problema f’dan kollu mhumiex Ray Camilleri jew Joe Bugeja, iżda Joseph Muscat innifsu għax dan hu Dipartiment li jaqa’ taħtu.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li l-iskandli tal-Cafe’ Premier u ta’ Gaffarena m’huma ta’ ħadd ħlief ta’ Muscat u Michael Falzon personalment. Sejrin żbaljati jekk Muscat u Falzon, wara li ilhom jiddefendu lil xulxin għal dawn l-aħħar tliet xhur, jaħsbu li jistgħu jitfgħu l-ħtija fuq ħaddieħor.
F’dawn l-iskandli, il-problema hi l-indħil minn Kastilja, temmet tghid l-istqarrija.
//= $special ?>

