Appell ġdid biex il-komunità internazzjonali tindirizza l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari, tassisti l-pajjiżi tal-Lvant tal-Mediterran u taħdem b’mod konkret biex il-konflitti fis-Sirja u l-Libja jintemmu. Appell imqanqal li sar mill-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, li fi stqarrija esprimiet tħassib kbir dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, li splodiet kaġun tas-sitwazzjoni fil-Libja u anke fis-Sirja.
Mill-bidu tas-sena, hu stmat li aktar minn 2,500 persuna tilfu ħajjithom fil-Mediterran, bit-traġedji jiżdiedu drastikament fl-aħħar jiem. Hu stmat ukoll li minn Jannar, kważi kwart ta’ miljun persuna mbarkaw fuq vjaġġ ta’ tama lejn l-Ewropa, b’ħafna minn dawn jaslu l-Greċja jew l-Italja.
L-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran temmen li dak li sar s’issa mhuwiex biżżejjed għax il-problema mhix tiġi indirizzata fl-għeruq tagħha.
L-istqarrija tgħid li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel aktar, mhux biss b’għajnuna finanzjarja jew sostenn f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ. Il-qofol għandu jkun is-solidarjetà bejn il-pajjiżi kollha. Hu għalhekk li l-Assemblea qed tħeġġeġ biex il-Parlamenti Nazzjonali jsibu ftehim komuni dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni irregolari.
//= $special ?>