Żagħżugħ ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi f’rasu wara ttajjar fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19.30 ta’ filgħaxija.
Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li ż-żagħżugħ ittajjar minn karozza tat-tip Subaru waqt li kien għaddej bir-rota.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi f’rasu.
Aktar dettalji malli jaslulna
//= $special ?>

