Lokali

Zanetti jagħmel mument ta’ riflessjoni fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt

Ritratt : Javier Zanetti f’mument ta’ riflessjoni quddiem l-istatwa ta’ Santa Rita

Illum, l-eks plejer u captain ta’ Inter Javier Zanetti mar il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt fejn għamel mument ta’ riflessjoni fuq in-niċċa ta’ Santa Rita, li tagħha Zanetti huwa tant devot.

Bħalissa Zanetti jinsab Malta minħabba li qed jorganizza Campus li se jibda llum u li jintemm il-Ħadd fil-Luxol Grounds, bil-parteċipazzjoni ta’ kowċis Taljani u oħrajn Maltin, għal tfal ta’ bejn il-ħames u l-15-il sena.

zanetti church 2

 

Ritratt: Zannetti mal-Kappillan tal-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, Deo Debono