Lokali

Żieda fl-Indiċi tal-Prezzijiet

Fuq perijodu ta’ sena, l-Indiċi tal-Prezzijiet kellu żieda minn 0.6 fil-mija għal 1.2 fil-mija. Fil-prattika, dan ifisser li żdiedu l-prezzijiet ta’ oġġetti essenzjali u żdiedet in-nefqa ta’ kull familja meta jmorru jixtru.

Dan kien ikkonfermat minn ċifri maħruġa illum mill-NSO.

L-istatistika tindika li l-akbar impatt fuq l-għoli tal-ħajja kien il-prezz tal-ikel u xorb mhux alkoħoliku. Żdied ukoll il-prezz ta’ ċertu prodotti u servizzi għall-anzjani, kif ukoll il-ħlas għal ċertu ċentri tal-fitness.