Tifel ta’ 10 xhur sofra feriti ħfief wara li ntlaqat minn mera ta’ trakk f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq San Vinċenz meta t-tifel kien qed jinħareġ f’idejn ommu minn residenza.
L-omm, li għandha 30 sena u hi Taljana, u t-tarbija sabu ruħhom wiċċ imb’wiċċ mal-vettura, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn San Pawl il-Baħar. Kawża ta’ dan, it-tifel intlaqat mill-mera ta’ vann, tat-tip Isuzu NKR.
It-tifel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm hu ġie ċċertifikat li sofra minn feriti ħfief.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema qed jinvestigaw il-każ, assistiti minn Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku.
//= $special ?>

