In-Nazzjon llum għandha żewġ stejjer prinċipali, waħda minnhom titkellem dwar kif waqt li l-isptar Mater Dei għaddej minn sitwazzjoni mwiegħra għall-aħħar b’għadd ta’ pazjenti fil-kurituri fl-istess waqt li l-Kap Eżekuttiv mhux jidħol għax-xogħol għax imsiefer. Tiddomina wkoll l-istorja tat-tifla li għerqet fl-Awstrija.
The Malta Independent tagħti wkoll priorità lill-istorja tat-tifla li għerqet filwaqt li fi storja oħra titkellem dwar ir-riżenja tad-Direttur Ġenerali tad-diviżjoni tal-Propjetà tal-Gvern. F’ritratt kbir jidher ukoll immigrant fl-għawma tiegħu lejn il-libertà.
The Times of Malta titkellem dwar kif l-eks teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut mistenni li jitressaq il-qorti u tkompli tiżvela l-mod kif kien qed jirreġistra kumpaniji Libjani finta. Insibu wkoll l-istorja tat-tifla li mietet fl-Awstrija u wkoll ritratt mill-isbaħ tat-teatru Rjal qabel ma twaqqa’ fil-gwerra.
L-Orizzont tkompli tiddefendi l-garanzija bankarja li l-Gvern ta biex tkun tista’ tinbena l-powerstation u tgħid ukoll li x-xogħol fuq il-powerstation il-ġdida għaddej lejl u nhar.
//= $special ?>