Il-vot dwar it-tielet bailout tal-Greċja li se jsir għada fil-Parlament tal-Ġermanja mistenni jqanqal ir-reżistenza mill-membri tal-Partit CDU fil-Gvern li hu mmexxi mill-Kanċillier Angela Merkel.Dan meta d-deputati tas-CDU u l-alleati politiċi tas-CSU tal-Bavarja ma jaħsbuhiex l-istess dwar il-bailout kontroversjali ta’ 86 biljun ewro għall-Greċja.
Numru ta’ deputati parlamentari f’Berlin jissuspettaw li għandha tinħafer parti mid-dejn tal-Greċja fi proċess magħruf bħala haircut u bil-konsegwenza li jbatu ċ-ċittadini li jħallsu t-taxxa fl-Unjoni Ewropea. Id-deputati Ġermaniżi li jidhru li jistgħu jirreżistu l-bailout anki qed jesiġu għall-garanziji li l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) se jikkontribwixxi għall-bailout.
L-osservaturi f’Berlin jaħsbu li ‘r-rewwixta’ fil-Bundestag (il-kamra t’isfel tal-Parlament) tista’ tinkludi sa 100 deputat, li jammontaw għal terz mit-total tal-entità CDU-CSU konservattiva li qed tmexxi Merkel. Sitwazzjoni bħal din kapaċi ddgħajjef il-Kanċillier tal-Ġermanja fuq livell nazzjonal.
Madankollu hemm xorta waħda indikazzjonijiet kbar li l-maġġoranza tad-deputati f’Berlin se jivvutaw biex jgħaddu l-bailout tal-Greċja. Dan meta s-Soċjal-Demokratiċi (SPD) u d-deputati tal-Ħodor, f’Berlin, iridu li l-bailout jgħaddi.
//= $special ?>