Filmat ġdid juri l-mument tal-isplużjoni li seħħet f’Bangkok fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Splużjoni li qed tkun deskritta bħala l-agħar attakk li qatt sar kontra t-Tajlandja. Il-filmat kien qed jinġibed minn persuna li kien miexi fil-qrib meta f’daqqa waħda sseħħ splużjoni qawwija.
Dan hekk kif il-Pulizija f’Bangkok qed isegwu mill-qrib filmati minn kameras tas-sigurta’ biex jistabilixxu wettaq l-attakk. Filmati minn kameras tas-sigurta’ juru raġel liebes ilbies isfar u li qed ikun suspettat li kien hu li wettaq l-attakk b’bomba fil-kapitali tat-Tajlandja.
Fl-ispluzjoni mietu tal-anqas 20 persuna. L-isplużjoni saret f’tempju ta’ Erawan Hindu li hu attrazzjoni kbira għat-turisti u li jżuruh eluf ta’ Buddisti kuljum. L-awtoritajiet Tajlandiżi sadanittant ikkonfermaw li l-mejtin jinkludu numru ta’ barranin, bl-istraġi tħalli anke għexieren ta’ midruba.
L-isplużjoni tat-Tnejn seħħet meta kien hemm il-folol kbar f’dik iz-zona li tinkorpora lukanda ta’ ħames stilel u ċentru kummerċjali popolari. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru tat-Tajlandja jgħid li t-terroriżmu mhux talli kien intiż biex jaħsad il-ħajja innoċenti iżda kellu wkoll l-iskop li jeqred it-turiżmu li hu sors importanti għal dan il-pajjiż.
//= $special ?>


