Wara l-intervista ma’ MaltaRightNow.com, George Zammit jirringrazzja lill-pubbliku li laqa’ l-appell tiegħu
“Nirringrazzja minn qalbi lill-poplu Malti, poplu ġeneruż u b’qalbu tajba” – kien dan kliem George Zammit, missier ta’ 49 sena li ftit ilu kien intervistat minn MaltaRightNow.com.
Ftit jiem ilu dan l-istazzjon xandar intervista ma’ George Zammit li kumplikazzjonijiet f’saħħtu wasslu biex George għaddej minn ħafna tbatija. F’dik l-intervista, George kien qal li f’għajnejh qed jara dlam biss.
Filmat: Ara l-intervista ma’ George: “Tbatija fuq Tbatija”
Wara l-intervista ma’ George, il-pubbliku irreaġixxa bis-saħħa – b’għexieren jagħmlu kuntatt ma’ MaltaRightNow.com biex jgħinu lil George. B’xirjiet ta’ ikel u donazzjonijiet oħra, MaltaRightNow.com mar għand George u tah id-donazzjonijiet miġbura bil-ġenerosita’ tal-pubbliku.
Ma’ MaltaRightNow.com Goerge fisser li fost it-tbatija, l-ikbar inkwiet għalih hu s-sosten tal-familja. “Jekk ma nirkuprax ma nafx x’se jiġri minni. X’garanzija għandi li l-familja tkun sostnuta?” staqsa George.
Fl-intervista, George irringrazzja lil dawk kollha li fil-ftit jiem laqgħu l-appell tiegħu fl-intervista ma’ MaltaRightNow.com u rringrazzjahom għad-donazzjonijiet tagħhom.
//= $special ?>

