Malti kien fil-post ħames minuti qabel seħħet l-isplużjoni
Malti li kien fiċ-ċentru ta’ Bangkok ħames minuti qabel ma seħħet l-isplużjoni barra s-santwarju Erawan jista’ jgħodda b’waħda.
“Jien kont għadni kif għaddejt ftit qabel mill-post, u ħames minuti wara tat-taksi qalli li kienet għadha kif seħħet splużjoni,” spjega Godwin Difesa li bħalissa jinsab it-Tajlandja, “kif seħħet l-isplużjoni, waqaf u imxejtha lura fejn ma bdejt nara xejn ħlief ambulanzi, suldati u pulizija,”
Malli seħħet l-isplużjoni, il-Malti reġa’ mar viċin dak li kien fadal mis-santwarju Erawan u ma’ MaltaRightNow.com iddeskriva dak li ra bħala “tat-twerwir”.
Il-Malti anke rnexxielu jiġbed filmati esklussivi tas-santwarju siegħa biss qabel seħħet l-isplużjoni (ara l-filmati fil-feature t’hawn fuq).
“Siegħa u kwart qabel jien u ħija konna għaddejin bl-iskytrain u anke ħadna filmati tat-tempju, eżatt fejn seħħet l-isplużjoni,” spjega Godwin li żied li jħossu xxurtjat li ma ġralu xejn.
“Stajt kont jien għax dik it-triq ngħaddi ħafna minnha!” temm jgħid Godwin, dwar dan l-episodju. Minkejja kollox, Godwin jinsab qawwi u sħiħ.
//= $special ?>


