Il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia llum ġie rrilaxxat mill-Isptar Mater Dei, fejn fil-jiem li għaddew sarulu t-testijiet mediċi kollha meħtieġa. Il-Ħadd li għadda, fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Godfrey Farrugia kien ħabbar li għandu kanċer fil-prostata, li ddeskrivieh bħala “aggressiv” u li għalih se jirċievi l-kura b’mod immedjat.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li issa li ġiet ikkonfermata d-dijanjosi, wieħed jistenna appuntament biex isir l-intervent kirurġiku neċessarju f’Londra. Fl-istqarrija ntqal li sakemm jissejjaħ ghall-operazzjoni, Godfrey Farrugia se jibqa’ jaqdi d-doveri tiegħu bħala Whip tal-Gvern. Imbagħad, ftit ġimgħat wara l-intervent kirurġiku, it-Tabib Farrugia mistenni jkompli bid-doveri Parlamentari tiegħu.
Fuq Facebook, is-sieħba ta’ Godfrey Farrugia, id-Deputat Laburista Marlene Farrugia rringrazzjat li dawk kollha li wrew l-appoġġ tagħhom. Hi kitbet li flimkien se jkunu qed jiċċelebraw kuljum il-wasla tiegħu lura d-dar sakemm jerġa’ jissejjaħ biex jagħmel l-operazzjoni f’Londra.
//= $special ?>

