Lokali

Il-UĦM b’azzjonijiet fid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi

Il-Union Ħaddiema Magħqudin fi stqarrija qalet li t-Taqsima għas-Servizz Pubbliku fi ħdan il-UĦM ilha għaddejja b’azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) sa mit-22 ta’ Ġunju 2015.

L-istqarrija tkompli tgħid li dawn l-azzjonijiet ġew ordnati lill-ispetturi fi ħdan id-DIER minħabba li l-Gvern qed ikun passiv milli jinegozja l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.