Il-Partit Nazzjonalista ressaq Protest quddiem l-istazzjon tal-Istat dwar servizz imxandar fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-Ġimgħa li għadda, iffukat fuq il-Power Station tal-gass.
Fil-protest tiegħu, maħruġ mill-Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadin Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista qal li hu ta’ għajb kif f’nofs kontroversja nazzjonali dwar il-garanzija bankarja li l-Gvern ta minn flus il-poplu għal self ta’ konsorzju privat, l-istazzjon tal-Istat għażel li jiddevja l-attenzjoni minn fuq dan l-iskandlu b’servizz “esklussiv” biex jippromwovi l-bini tal-Power Station.
Agħar minhekk, is-servizz inkluda kumment politiku tal-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi u għażel li ma jieħux il-veduta tal-argumenti opposti. Dan hu kompletament kontra l-prinċipju ta’ bilanċ, li suppost jimxi fuqu l-istazzjon tal-Istat, sostna l-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li l-istazzjon tal-Istat spiċċa pupazz tal-Gvern Laburista, b’direzzjoni ċara u bl-aġenda mmexxija minn Kastilja.
//= $special ?>
