Uffiċjali fl-Ekwador qalu li mijiet tal-eluf tan-nies fin-Nofsinar ta’ Quito jistgħu qed jgħixu taħt theddida potenzjali ta’ żbroff kbir u diżastruż mill-vulkan Cotopaxi, li jinsab xi 50 kilometru ‘l bogħod mill-belt kapitali.
L-aħħar attività sostanzjali minn dan il-vulkan kienet irreġistrata proprju nhar is-Sibt li għadda, bil-President tal-Ekwador, Rafael Correa, jiddikkjara stat ta’ emerġenza.
Min-naħa tagħha, il-Ministru Ekwadoren Maria del Pilar Cornejo, li r-responsabbiltajiet tagħha jinkludu l-analiżi tas-sitwazzjonijiet fejn jeżisti element ta’ sogru potenzjali, qalet li mat-325,000 persuna qed jgħixu f’zoni tal-Ekwador li jistgħu jispiċċaw fid-direzzjoni tal-gliegel tat-tajn u l-blat li jirriżultaw minn xi żbroff.
Dan meta l-vulkan Kotopaksi jibqa’ fost l-aktar vulkani attivi fl-Ekwador.
//= $special ?>