Is-sewwieq ta’ trakk kbir ma ħasibiex darbtejn biex saq għal distanza twila fid-direzzjoni opposta fi Triq Ħal Far qrib l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fil-filmat li rċieva MaltaRightNow.com, it-trakk jidher qed jaqbeż minn tal-inqas żewġ vetturi u trakk ieħor u biex għamel dan, it-trakk saq għal distanza twila fil-karreġjata minn fejn possibilment setgħu ġew karozzi mid-direzzjoni opposta. Fortunatament ma kienx il-każ u b’hekk ġie evitat dak li seta’ jkun inċident gravi.
//= $special ?>


