Tinstab aktar droga fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin.
Tfittxijiet li saru lbieraħ waranofsinhae fuq priġunier wasslu biex instabet droga sintetika. Waqt it-tfittxija intużaw klieb li huma mħarġa fit-tfittxijiet għad-droga.
Il-Ministeru tal-Intern fi stqarrija qal li anke f’testijiet ohra li saru fuq il-priġunier , dan instab pożittiv għall-użu ta’ droga.
Il-priġunier qed ikun investigat mill-pulizija.
Sadanittant, dwar dan il-każ, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-bżonn ta’ tmexxija serja fil-Ħabs sar urġenti.
//= $special ?>

