Numru ta’ ċekkijiet u ammont ta’ flus insterqu waqt serqa li saret minn fabbrika f’Ħal Qormi.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li persuna jew persuni daħlu fl-uffiċini ta’ fabbrika f’Ħal Qormi minn fejn serqu ċ-ċekkijiet u flus. Is-serqa seħħet fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta mill-bini tal-fabbrika li tinsab fi triq Għarram f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijeit tagħha.
//= $special ?>

