Il-ġurnali kollha lokali, għajr għall-ġurnal tal-GWU, fil-faċċata tagħhom jagħti prominenza lill-istorja dwar l-eks teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut li tressaq il-qorti b’akkużi ta’ frodi, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u miżapproprazzjoni.
In-Nazzjon titkellem ukoll dwar kif wieħed mis-supretendenti l-ġodda tal-Pulizija jinsab investigat għall-mod kif mexa ma’ kollega tiegħu.
The Malta Independent fi storja oħra tgħid kif delegazzjoni tal-Bank of Valletta mistennija li jkollha laqgħa mal-Bank Ċentrali Ewropew biex tiddiskuti deċiżjonijiet li ttieħdu riċentament.
The Times of Malta titkellem ukoll dwar kif il-politiċi huma l-iktar nies li jressqu kawżi ta’ libell.
Il-MaltaToday titratta wkoll l-istorja tal-infermier li ammetta li abbuża minn pazjent f’ambulanza.
L-Orizzont ma tagħti l-ebda prominenza lil każ ta’ Joe Sammut minflok tgħid li garaxx residenzjali qed jintuża bħala uffiċċju… issemmi li Godfrey Farrugia ġie rilaxxat mill-Isptar… kif ukoll tisħaq li l-Gvern għandu jżid il-pensjonijiet lill-pensjonanti f’riskju ta’ faqar.
//= $special ?>
