Tħassib ukoll fost il-ħaddiema la jiġi privattizat l-Isptar wara d-deċiżjoni tal-Gvern
Bħalissa hemm inkwiet kbir fost id-900 ħaddiem tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għax ma jafux x’se jiġri minnhom meta ftit tal-ġimgħat oħra jiġi privatizzat l-Isptar wara deċiżjoni tal-Gvern. Madankollu, ma’ dan hemm problemi oħra, li qed jolqtu ħażin lil numru ta’ ħaddiema u pazjenti li jużaw is-servizz tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Ftit ilu, il-portal tal-aħbarijiet MaltaRightNow.com żvela l-problema ta’ nuqqas ta’ arja kudizzjonata fir-residenza Sant’Anna, li tifforma parti mill-istess Sptar u li fiha hemm ammont kbir ta’ anzjani nisa. Dan qed iwassal biex l-anzjani isofru minn tbatija enormi fl-eqqel tas-Sajf.
Fil-Klinika tar-Rabat, li ta’ kuljum tintuża’ minn mijiet ta’ persuni, kien hemm ukoll problema serja bl-arja kundizzjonata. Jidher li l-arja kundizzjonata ma kinitx qed tiffunzjona għal diversi ġimgħat u fl-aħħar jiem twaħħal unit second hand biex itaffi ftit il-problema. Madankollu, dan il-Unit inqala’ mill-Isptar Ġenerali u ttieħed fil-Klinika tar-Rabat Għawdex.
Fl-istess waqt, is-sezzjoni tal-Isterilizzazzjoni (CSSD) tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex issa ilha magħluqa għal aktar minn 10 xhur minħabba xogħol ta’ refurbishment li suppost kellu jkun jkun lest fi żmien xahrejn. MaltaRightNow.com jinsab infurmat li x-xogħol hu lest, iżda dan id-Dipartiment xorta mhux qed jintuża. Fil-fatt, ta’ kuljum, l-għodda li jridu jiġu sterilizzati qed jintbagħtu Malta.
Dan qed jiswa mijiet ta’ ewro kuljum minħabba li qed isir minn kuntrattur privat li ta’ kuljum qed jipprovdi l-vann u xufier. Għadu mhux magħruf għaliex ittieħed dan iż-żmien kollu u d-Dipartiment għadu ma bediex jintuża’.
//= $special ?>